Żfin bis-siġġu tar-roti Wheelchair dancing

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ŻFIN BIS-SIĠĠU TAR-ROTI għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal SIĠĠU TAR-ROTI. L-idejn jieħdu l-forma ta’ ponn jew ta’ T bil-pala tħares ’l isfel u bid-driegħ t’isfel maħruġ orizzontali ’l quddiem, jersaq ftit lura mill-minkeb, imbagħad ftit ’il quddiem u l-idejn jinfetħu. Imbagħad isir is-sinjal għal ŻFIN biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il fuq. L-idejn u d-dirgħajn jiċċaqilqu u jduru ftit ’il fuq u ’l isfel, ’il quddiem u lura. L-ispalel jiċċaqilqu bl-istess ritmu ukoll.

The sign for WHEELCHAIR DANCING has two parts. The first part is the sign for WHEELCHAIR. Both hands take the shape of fists or of the sign for the letter T with the palm facing downwards and the lower arms extended horizontally from the elbows, moves back slightly from the elbows and then slightly forward. The hands then open up. Then the sign for DANCING is made with both hands in the shape of a fist, with palms facing upwards. The hands and arms move and partly rotate up and down, forwards and backwards. The shoulders move along the same rhythm as well.